Language of document : ECLI:EU:T:2010:529





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 – Rubinstein u L’Oréal vs UASI – Allergan (BOTOLIST u BOTOCYL)

(Kawżi magħquda T-345/08 u T-357/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade marks Komunitarji verbali BOTOLIST u BOTOCYL – Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti BOTOX – Raġuni relattiva għal rifjut – Ħsara għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]”

1.                     Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet relattivi ta’ invalidità - Reġistrazzjoni bi ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(5) u 52(1)(a)) (ara l-punti 40, 64, 79, 88)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni - Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża lil prodotti jew servizzi li ma jixxibhux - Kundizzjoni - Rabta bejn it-trade marks - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5) (ara l-punti 65, 66)

3.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni - Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża lil prodotti jew servizzi li ma jixxibhux - Provi li għandhom jiġu prodotti mill-proprjetarju – Riskju futur mhux ipotetiku ta’ arrikkiment indebitu jew ta’ dannu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 82)

4.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni - Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża lil prodotti jew servizzi li ma jixxibhux - Kundizzjonijiet - Arrikkiment indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Ħsara lill-karattru distintiv jew lir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5) (ara l-punti 83-85)

5.                     Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet - Għan (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 73) (ara l-punt 92)

Suġġett

Fil-Kawża T‑345/08, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Mejju 2008 (Każ R 863/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Allergan, Inc. u Helena Rubinstein SNC, u, fil-Kawża T‑357/08, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 865/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Allergan, Inc. u L’Oréal SA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade marks Komunitarji rreġistrati li huma s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark verbali Komunitarja Nru 2686392 BOTOLIST għal prodotti fil-klassi 3 u trade mark verbali Komunitarja Nru 2782282 BOTOCYL għal prodotti fil-klassi 3 – Trade marks Komunitarji Nri 2686392 u 2782282

Proprjetarji tat-trade marks Komunitarji:

Helena Rubinstein SNC u L’Oréal SA

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:

Allergan, Inc.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark figurattiva Komunitarja Nru 2015832 BOTOX għal prodotti fil-klassi 5; trade mark figurattiva Komunitarja Nru 2575371 BOTOX għal prodotti fil-klassi 5; trade mark figurattiva Komunitarja Nru 1923986 BOTOX għal prodotti fil-klassijiet 5 u 16; trade mark verbali Komunitarja Nru 1999481 BOTOX għal prodotti fil-klassi 5; diversi trade marks nazzjonali BOTOX

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullati


Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Helena Rubinstein SNC hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża T‑345/08.

3)

L’Oréal SA hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża T‑357/08.