Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Awwissu - Helena Rubinstein vs UASI - Allergan (BOTOLIST)

(Kawża T-345/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Helena Rubinstein, SNC (Parigi, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u J. Pagenberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allergan, Inc. (Irvine, L-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tat-28 ta' Mejju 2008 fil-każ R 863/2007-1;

tiċħad l-appell magħmul mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-konvenut meħuda fit-28 ta' Marzu 2007 fil-każ 1118 C;

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti, inkluż dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell; u

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tħallas l-ispejjeż, inkluż dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li ssir parti intervenjenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali "BOTOLIST" għal prodotti fil-klassi 3 - Trade mark Komunitarja reġistrazzjoni Nru 2 686 392

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark Komunitarja reġistrazzjoni Nru 2 015 832 tat-trade mark figurattiva "BOTOX" għal prodotti fil-klassi 5; trade mark Komunitarja reġistrazzjoni Nru 2 575 371 tat-trade mark figurattiva "BOTOX" fil-klassi 5; trade mark Komunitarja reġistrazzjoni Nru 1 923 986 tat-trade mark figurattiva "BOTOX" għal prodotti fil-klassi 5 u 16; trade mark Komunitarja reġistrazzjoni Nru 1 999 481 tat-trade mark verbali "BOTOX" għal prodotti fil-klassi 5; diversi reġistrazzjonijiet tat-trade mark "BOTOX" fl-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi ma hemm l-ebda prova li trade marks preċedenti kellhom reputazzjoni fil-mument relevanti, billi t-trade marks kunfliġġenti mhumiex biżżejjed simili, billi ma hemmx provi ulterjuri li l-użu tat-trade mark Komunitarja rreġistrata suġġett tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità jkun ta' ħsara għall-karattru distintiv u għar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti u li mhemm l-ebda prova li r-rikorrenti aġixxiet mingħajr ebda raġuni valida meta adottat it-trade mark Komunitarja suġġett tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' nullità; ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi d-deċiżjoni kkontestata ma tispeċifikax ir-raġunijiet fuq liema hija bbażata.

____________