Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Sona Nutrition vs EUIPO – Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA)

(Kawża T-154/18)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sona Nutrition Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Solgar Holdings, Inc. (Ronkonkoma, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni, bil-kuluri aħdar, kannella ċar, beige, kannella skur u kannella li jxaqleb lejn kulur id-deheb, li tinkludi l-element verbali “SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 781 273

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1322/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO, u lil Solgar Holdings, Inc. fil-każ li tagħmel intervent, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.

____________