Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2014 – – Magnesitas de Rubián et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-430/10) 1

(“Ambjent – Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis – Dokument ta’ referenza dwar l-aħjar tekniki disponibbli fl-industriji tas-siment, tal-ġir u tal-manjesju – Talba sabiex jiġi ddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Ċaħda – Rinunzja – Tħassir”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Magnesitas de Rubián, SA (Incio, Spanja); Magnesitas Navarras, SA (Zubiri, Spanja); u Ellinikoi Lefkolithoi Anonymos Metalleftiki, Viomichaniki, Naftiliaki kai Emporiki Etaireia (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u P. Martínez-Lage Sobredo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro, S. Petrova u E. Sanfrutos Cano, avukati)

Suġġett

B’mod prinċipali, talba għall-annullament tal-Kapitolu 3 tad-dokument ta’ referenza dwar l-aħjar tekniki disponibbli fl-industriji tas-siment, tal-ġir u tal-manjesju (ĠU C 166, p. 5), intitolat “Industrija tal-ossidju tal-manjesju (bi proċess niexef mill-magnesite naturali estratta)”, kif ukoll tar-riferimenti għall-industrija tal-ossidju tal-manjesju fl-imsemmi dokument u, b’mod sussidjarju, talba għall-annullament tal-paragrafu 3.5.5.4 tal-imsemmi dokument.

Dispożittiv

It-talba sabiex jiġi ddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni hija miċħuda.

Il-Kawża T-430/10 għandha titħassar mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.

Magnesitas de Rubián, SA, Magnesitas Navarras, SA u Ellinikoi Lefkolithoi Anonymos Metalleftiki, Viomichaniki, Naftiliaki kai Emporiki Etaireia għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 317, 20.11.2010.