Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ġunju 2010 - K-Mail Order vs UASI - IVKO (MEN'Z)

(Kawża T-279/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: K-Mail Order GmbH & Co. KG (Pforzheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Zeiher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IVKO Industrieprodukt-Vertriebskontakt GmbH (Baar-Wanderath, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta' Marzu 2010, fil-Każ R 746/2009-1;

tilqa' l-oppożizzjoni magħmula fir-rigward tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkontestata, u sussidjarjament, tirrinvija l-każ quddiem il-Bord tal-Appell sabiex jiddeċiedi mill-ġdid;

tikkundanna lill-parti li titlef għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: IVKO Industrieprodukt-Vertriebskontakt GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva MEN'Z għal prodotti fil-klassijiet 9, 14 u 18.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: l-isem kummerċjali "WENZ" użat fil-kummerċ fil-Ġermanja għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) flimkien mal-Artikolu 41(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 u tal-Artikolu 76(1) inkwantu l-isem kummerċjali tar-rikorrenti ma huwiex rilevanti biss lokalment

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L78, p. 1)