Language of document : ECLI:EU:T:2017:622

Kawża T119/10

IrRenju talPajjiżi lBaxxi

vs

IlKummissjoni Ewropea

“Rikors għal annullament – FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Programm Interreg II/C ‘Għargħar Rhin-Meuse’ – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Rikors manifestament fondat”

Sommarju – Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017

1.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Eżami ex officio mill-qorti – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju

(Artikolu 263 TFUE)

2.      Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – Interventi strutturali – Finanzjament mill-Unjoni – Regolament Nru 1083/2006 – Korrezzjonijiet finanzjarji – Terminu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni – Applikabbiltà għall-programmi implementati qabel l-2007

(Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 64, 65)

2.      Għal dak li jikkonċerna t-terminu li għandu jiġi osservat mill-Kummissjoni qabel ma’ tiddeċiedi dwar korrezzjoni finanzjarja rigward il-clearance tal-kontijiet tal-FEŻR, l-Artikolu 100 tar-Regolament Nru 1083/2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, japplika wkoll għall-programmi preċedenti għall-perijodu 2007‑2013, u dan konformement mal-prinċipju li jgħid li r-regoli proċedurali għandhom jiġu applikati immedjatament wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tirrispetta, għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ programm implementat qabel l-1 ta’ Jannar 2007, it-terminu ta’ sitt xhur previst mill-Artikolu 100(5) tar-Regolament Nru 1083/2006.

(ara l-punti 72, 75)