Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 – CGI Luxembourg u Intrasoft International vs Il-Parlament

(Kawża T-769/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CGI Luxembourg SA (Bertrange, il-Lussemburgu) u Intrasoft International SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tagħżel li tpoġġi l-offerta tar-rikorrenti fit-tieni post fil-lista tal-Lot 3 “Żvilupp u żamma ta’ sistema tal-informatika tal-produzzjoni” tas-sejħa miftuħa għall-offerti (is-“CfT”) Nru PE/ITEC/ITS14 “Provvista Esterna tas-servizzi tal-IT” u d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tikkonċedi l-ewwel kuntratt fil-forma ta’ kaskata lill-“Konsorzju tal-azzar”;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tad-danni subiti mir-rikorrenti minħabba t-telf tal-kuntratt;

alternattivament, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tad-danni subiti mir-rikorrenti minħabba t-telf tal-opportunità; u

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tal-ispejjeż legali u spejjeż oħra tar-rikorrenti sostnuti mir-rikorrenti b’rabta ta’ dan ir-rikors, anki f’każ li dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

L-ewwel motiv jallega l-eżistenza ta’ żbalji fil-formula tal-evalwazzjoni, ta’ struzzjonijiet kontradittorji lill-offerenti, ta’ ksur tal-istruzzjonijiet lill-offerenti, ta’ ksur tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, ta’ ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ amministrazzjoni tajba.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-formula tal-evalwazzjoni, kif ippreżentata fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kienet tinkludi numru ta’ żbalji. Barra minn hekk, il-kumitat tal-evalwazzjoni uża formula differenti minn dik iddikjarata, mingħajr ma informa lill-offerenti u uża valuri minn tabella li ma hijiex dik iddikjarata fit-tweġibiet għad-domandi tal-offerenti.

It-tieni motiv jallega ksur tal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju u 149 tar-Regolament Delegat – Il-formula użata ma twassalx għall-għoti tal-kuntratt lill-offerta li tipprovdi l-aħjar valur għall-prezz imħallas.

Ir-rikorrenti jissottomettu li t-tabella, li minnha l-kumitat ta’ evalwazzjoni eleva l-valuri sabiex japplika l-formula ta’ evalwazzjoni, ma tikkorrispondix mal-metodu li bih il-kuntratt huwa mistenni li jiġi eżegwit. Konsegwentement l-elementi meħuda inkunsiderazzjoni ma jikkorrispondux mal-bżonnijiet reali tal-Parlament Ewropew, li neċessarjament iwasslu għall-għoti tal-kuntratti fil-forma ta’ kaskata lill-offerenti li ma joffrux l-aħjar valur għall-prezz imħallas għall-bżonnijiet ta’ dan tal-aħħar.It-tielet motiv jallega n-natura vaga u ambigwa tal-ispeċifikazzjoni tal-kuntratt.Ir-rikorrenti jissottomettu li l-Parlament Ewropew introduċa permezz tal-ittri tiegħu interpretazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jikkontradixxu s-sezzjonijiet l-oħra tal-istess speċifikazzjonijiet, it-tweġibiet tad-dipartimenti tagħha għall-mistoqsijiet tal-offerenti u l-għanijiet tal-kuntratt mogħti. Konsegwentement, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jistgħu iwasslu lill-offerenti għal żbalji li jimpeduhom milli jiżviluppaw l-aħjar strateġija tagħhom tal-ipprezzar u għaldaqstant milli jissottomettu l-aħjar offerta tagħhom.Ir-raba’ motiv jallega ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni - tad-dritt għal rimedju effettiv u ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali.Ir-rikorrenti jissottomettu li l-informazzjoni kkomunikata lilhom permezz tal-ittri tal-Parlament Ewropew wara d-dikjarazzjoni tal-għoti tal-kuntratt fis-sejħa għal offerti kkontestata ma tikkostitwixxix motivazzjoni suffiċjenti, peress li din hija pjenament insuffiċjenti sabiex tippermetti lir-rikorrenti japplikaw il-formula tal-evalwazzjoni u jivverfikaw l-evalwazzjoni korretta ta’ din tal-aħħar. Il-Parlament Ewropew ma rrilevax b’mod sħiħ l-informazzjoni meħuda inkunsiderazzjoni sabiex tiġi applikata l-formula tal-evalwaz

zjoni, minkejja li l-offerta finanzjarja tal-ewwel kuntrattur tal-kuntratt fil-form

a ta’ kaskata kienet tikkostitwixxi l-fattur deċiżiv sabiex ir-rikorrenti jiġu rrankati fit-tieni post wara l-offerent rebbieħ, peress li l-offerta tar-rikorrenti kienet irrankata ġeneralment fl-ewwel post fl-evalwazzjoni tal-kwalità tal-offerti u kien biss wara teħid inkunsiderazzjoni tal-prezz li ġie mibdul dan l-ordni.Il-ħames motiv jallega ksur tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u tal-Artikolu 107(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju.Ir-rikorrenti jissottomettu li skont l-informazzjoni pubblikament disponibbli, żewġ kumpanniji

parteċipanti fil-lottijiet ta’ “esklużjoni” inkluż l-ewwel kuntrattur tal-kuntratt fil-forma ta’ kaskata tal-Lot 3 ingħaqdu u għa

ldaqstant ma jistgħux jingħataw il-kuntratti suesposti. Il-kuntratturi msemmija ikollhom kunflitt ta’ interess evidenti li kieku kellhom jiġu mistiedna jeżegwixxu l-kuntratt.