Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fil-15 ta’ Novembru 2023 – Corner and Border SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-685/23, Corner and Border)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Corner and Border SA

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

L-Artiolu 5(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta’ Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi t-tassazzjoni permezz tal-Imposto do Selo (it-Taxxa tal-Boll) ta’ garanziji li jikkonsistu f’rahan bħala kollaterali finanzjarju ta’ azzjonijiet, ta’ bilanċi ta’ kontijiet bankarji, ta’ self ta’ azzjonisti u t-trasferiment ta’ krediti għall-finijiet ta’ garanzija, ipprovduti b’rabta ma’ tranżazzjoni ta’ ħruġ ta’ obbligazzjonijiet?

Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti skont jekk il-provvista ta’ garanziji tkun legalment rikjesta jew jekk tkun fakultattiva u mogħtija b’mod volontarju?

Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti fil-każ li l-garanziji jkunu ġew ipprovduti fl-ambitu ta’ tranżazzjoni ta’ ħruġ ta’ obbligazzjonijiet suġġetta għas-sottoskrizzjoni privata minn bank li l-pożizzjoni tiegħu ta’ sottoskrivent tista’ tiġi trażmessa bil-volontà tal-entità emittenti, anki jekk din tkun suġġetta għal kundizzjonijiet u għal penalitajiet/kummissjonijiet?

L-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva 2008/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-garanziji li jikkonsistu f’rahan bħala kollaterali finanzjarju ta’ azzjonijiet, ta’ bilanċi ta’ kontijiet bankarji, ta’ self ta’ azzjonisti u t-trasferiment ta’ krediti għall-finijiet ta’ garanzija, ipprovduti fl-ambitu ta’ tranżazzjoni ta’ ħruġ ta’ obbligazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 5(2)(b) tal-istess direttiva?

____________

1     ĠU 2008, L 46, p. 11.