Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 – Good Luck Shipping vs Il-Kunsill

(Kawża T-57/12) 1

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Good Luck Shipping LLC (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: F. Randolph, QC, M. Lester, barrister, u M. Taher, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u B. Driessen, aġenti)

Suġġett

Talba intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u, it-tielet nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u [...] li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn il-miżuri jew dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.DispożittivGħandhom jiġu annullati, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Good Luck Shipping LLC:–    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;–    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;–    ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u [...] li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/783 għandhom jinżammu f’dak li jirrigwarda lil Good Luck Shipping sakemm isir effettiv l-annullament tar-Regolament Nru 267/2012.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Good Luck Shipping.