Language of document : ECLI:EU:T:2011:384





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011 – Trabelsi et vs Il‑Kunsill

(Kawża T-187/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13-18)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 21, 22)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu li jirriżulta minn miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi mingħajr natura kriminali - Miżuri purament kawtelatorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 26, 27, 31)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Danni morali - Dannu li jirriżulta minn miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi mingħajr natura kriminali - Miżuri purament kawtelatorji - Dannu li ma jistax jiġi rrimedjat fi proċeduri għal miżuri provviżorji u lanqas fil-kawża prinċipali (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 32, 33)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu strettament pekunjarju - Assenza (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 36-43)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rabta tal-miżura mitluba mat-talbiet fil-kawża prinċipali - Talba għad-danni li tmur lil hinn mill-kuntest tal-kawża prinċipali - Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 47-53)

7.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba - Assenza ta’ indikazzjoni preċiża tas-suġġett tat-talba - Inammissibbiltà manifesta (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(d), u 104(3)) (ara l-punt 54)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji u għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK, tal-4 ta’ Frar 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 40).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.