Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 taʼ Mejju 2013 – Trabelsi et vs Il-Kunsill

(Kawża T-187/11)1

[“Politika barranija u taʼ sigurtà komuni Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija Iffriżar taʼ fondi Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea Rikors għad-danni Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali Inammissibbiltà”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mohamed Trabelsi, Ines Lejri, Moncef Trabelsi, Selima Trabelsi u Tarek Trabelsi (rappreżentanti: inizjalment A. Metzker, sussegwentement A. Tekari, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Étienne u A. Vitro, sussegwentement G. Étienne, M. Bishop u M.-M. Joséphidès, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u M. Konstantinidis, aġenti); u r-Repubblika tat-Tuneżija (rappreżentant: W. Bourdon, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni taʼ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK, tal-4 taʼ Frar 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 40), u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni taʼ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK, tal-4 taʼ Frar 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija, hija annullata sa fejn din tirrigwarda lil Mohamed Trabelsi.

L-effetti tad-Deċiżjoni taʼ Implimentazzjoni 2011/79 fir-rigward taʼ Mohamed Trabelsi huma miżmuma sal-iskadenza tat-terminu għall-preżentata tal-appell kontra l-preżenti sentenza jew, jekk ikun ġie ppreżentat appell fʼdan it-terminu, saċ-ċaħda tiegħu.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Mohamed Trabelsi, Ines Lejri, Moncef Trabelsi, Selima Trabelsi u Tarek Trabelsi, inklużi l-ispejjeż relattivi għall-proċeduri għal miżuri provviżorji.

5)    Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 152, 21.05.2011.