Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-27 ta’ Jannar 2021 – FCC Česká republika s.r.o.
(Kawża C-43/21)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent fil-kassazzjoni: FCC Česká republika s.r.o.
Konvenuti fil-kassazzjoni: Městská část Praha-Ďáblice, Spolek pro Ďáblice
Parti oħra: Ministerstvo životního prostředí
Domandi preliminari
Il-punt 9 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li “bidla sostanzjali” ta’ installazzjoni tfisser ukoll l-estensjoni tal-perijodu ta’ ħżin f’terraferma, anki jekk fl-istess waqt ma jkun hemm ebda bidla fis-superfiċi massima approvata u lanqas fil-kapaċità totali permissibbli tat-terraferma?
____________
1 ĠU 2010, L 334, p. 17, rettifika fil-ĠU 2012, L 158, p. 25.