Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2015 – GEA Group vs UASI (engineering for a better world)

(Kawża T-545/14)1

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali engineering for a better world – Deċiżjoni purament konfermattiva – Karattru definittiv tad-deċiżjoni konfermattiva – Konstatazzjoni ex officio – Inammissibbiltà”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schneiders, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann sussegwentement minn S. Hanne, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 303/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali engineering for a better world bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.GEA Group AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 339, 29.9.2014