Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-548/14) 1

[“Unjoni doganali – Importazzjoni ta’ prodotti dderivati mit-tonn provenjenti mill-Ekwador – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Talba għal nuqqas ta’ rkupru ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 236 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92– Avviż lill-importaturi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali – Bona fide – Talba għal nuqqas ta’ rkupru ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Arenas, A. Caeiros, B.-R. Killmann, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 3007 finali, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tikkonstata li, f’każ partikolari, il-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni hija ġġustifikata għal ċertu ammont, iżda mhux għal ammont ieħor (REM 032/2013).

Dispożittiv

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni  tal-Kummissjoni C(2014) finali, tal-15 ta’ Mejju 2014, li jikkonstata li, f’każ partikolari, il-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni hija ġġustifika għal ċertu ammont, iżda mhux għal ammont ieħor (REM 03/2013), għandu jiġi annullat.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 315, 15.9.2014.