Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2024 – Ty vs EUIPO – Carletto Management & Logistik (Glubschis)

(Kawża T-137/24)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ty, Inc. (Westmont, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard, J. Fuhrmann u A. Malkmes, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carletto Management & Logistik AG (Wollerau, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “Glubschis” li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 281 710 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 1835/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u fil-każ ta’ intervent, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________