Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-23 ta’ Novembru 2023 – JC-T, MT vs Wojewoda Mazowiecki

(Kawża C-713/23, Wojewoda Mazowiecki)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: JC-T, MT

Parti oħra fil-proċedura: Wojewoda Mazowiecki

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(2)(a) u tal-Artikolu 21(1) TFUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 7 u mal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mal-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li tiegħu ċittadin tal-Unjoni Ewropea għandu n-nazzjonalità, li jkun daħal fi żwieġ ma’ ċittadin ieħor ieħor tal-Unjoni (persuna tal-istess sess) f’wieħed mill-Istati Membri, konformement mal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-aħħar Stat, jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu u li jinkludu dan l-att taż-żwieġ permezz tat-traskrizzjoni tiegħu fir-reġistru nazzjonali tal-istat ċivili, billi jipprekludu lil dawn il-persuni milli jirrisjedu fl-imsemmi Stat taħt l-istat ċivili u taħt l-istess kunjom, minħabba li d-dritt tal-Istat ospitanti ma jipprevedix iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.