Language of document : ECLI:EU:T:2012:26





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Jannar 2012 — Viaguara vs UASI — Pfizer (VIAGUARA)

(Kawża T-332/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali Komunitarja VIAGUARA — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VIAGRA — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 30, 42, 53, 79)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Mejju 2010, (Każ R 946/2009 1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pfizer Inc. u Viaguara S.A.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Viaguara S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.