Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Awwissu 2010 - Viaguara vs UASI - Pfizer (VIAGUARA)

(Kawża T-332/10)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Viaguara S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: R. Skubisz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pfizer Inc.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla, fl-intier tagħha, id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta' Mejju 2010, fil-Każ R 964/2009-1;

tikkundanna lill-konvenut kif ukoll lil Pfizer Inc. għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: "VIAGUARA" għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 - Applikazzjoni Nru 4630562

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Pfizer Inc.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Komunitarja "VIAGRA" għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark miċħuda fl-intier tagħha.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 1 minħabba evalwazzjoni żbaljata tar-relazzjoni bejn it-trade marks, kif ukoll konstatazzjoni żbaljata fir-rigward tar-riskju ta' użu tar-reputazzjoni u tal-immaġni tat-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata) ĠU L 78, p. 1.