Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2015 – Dosen vs UASI – Gramm (Nano-Pad)

(Kawża T-396/13)1

(“Trade mark komunitarja – Talba għal nullita’ – Irtirar ta’ talba għal nullita’- Ma hemm ebda lok għal deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Franko Dosen (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Losert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn M. Fischer, agents)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Thomas Gramm (Wesel, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra ir-Raba’ Bord ta’ Apell tal-UASI tat-13 ta’ Mejju 2013 (kawża R 1981/2011-4), dwar proċediment ta’ nullita’bejn Thomas Gramm u Franko Dosen.DispożittivMa hemm ebda lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.Ir-rikorrent huwa ikkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk inkorsi mill-parti konvenuta.