Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – TVR Automotive vs UASI – TVR Italia (TVR ITALIA)

(Kawża T-398/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TVR ITALIA – Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti TVR – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Proċedimenti ta’ revoka – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 – Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TVR Automotive Ltd (Whiteley, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Schneider u S. Hanne, sussegwentement J. Crespo Carillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: TVR Italia Srl (Canosa, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Mejju 2013 (Każ R 823/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Muadib Beteiligung GmbH u TVR Italia Srl.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-14 ta’ Mejju 2013 (Każ R 823/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Muadib Beteiligung GmbH u TVR Italia Srl, hija annullata.Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

L-UASI

u TVR Italia huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 274, 21.9.2013.