Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – Oriflame Cosmetics vs EUIPO – Caramé (O)

(Kawża T-74/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva O – Reġistrazzjoni preċedenti internazzjonali tat-trade mark figurattiva O – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oriflame Cosmetics AG (Schaffhouse, l-Isvizzera) (rappreżentanti: N. Gerling u U. Pfleghar, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Klee, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Caramé Holding AG (Sulzbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Ebner u R. Lange, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 938/2022-2).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 938/2022-2) hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-EUIPO għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Oriflame Cosmetics AG.

Caramé Holding AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Oriflame Cosmetics.

____________

1     ĠU C 121, 3.4.2023.