Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – Darila vs EUIPO – Original Buff (Buffet)

(Kawża T-101/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Buffet – Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti BUFF u figurattiva preċedenti Buff – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Michal Darila (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentant: M. Holič, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Klee, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Original Buff, SA (Igualada, Spanja) (rappreżentanti: M. Hernández Gázquez u E. Edissonov Kirilov, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob, essenzjalment, l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 528/2022-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Michal Darila huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Original Buff, SA.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 127, 11.4.2023.