Language of document : ECLI:EU:T:2012:178





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 —
Omya vs UASI — Alpha Calcit (CALCIMATT)

(Kawża T-547/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CALCIMATT — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CALCILAN — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rifjut ta’ reġistrazzjoni”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja —Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26, 36)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1370/2009‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft mbH u Omya AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Omya AG hija kkundannata għall-ispejjeż.