Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Lennestadt (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Jannar 2021 – Nemzeti Útdíjfizetési Szolgáltató Zrt., Nationale Mauterhebung geschlossene Dienstleistungs AG vs NW
(Kawża C-30/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Lennestadt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nemzeti Útdíjfizetési Szolgáltató Zrt., Nationale Mauterhebung geschlossene Dienstleistungs AG
Konvenut: NW
Domanda preliminari
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li proċedura ġudizzjarja mibdija minn kumpannija statali kontra persuna fiżika ddomiċiljata fi Stat Membru ieħor għall-finijiet ta’ ġbir ta’ imposta ta’ natura kriminali minħabba l-użu mhux awtorizzat ta’ triq suġġetta għal pedaġġ, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament?
____________
1 ĠU 2012, L 351, p. 1.