Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Ottubru 2008 - Di Bucci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/04)1

("Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Servizz pubbliku - Promozzjoni -- Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vittorio Di Bucci (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: l-ewwel M. van der Woude u V. Landes, imbagħad M. van der Woude)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel H. Tserepa-Lacombe u V. Joris, imbagħad V. Joris u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament:

-    tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tas-Servizzi Legali tal-Kummissjoni li tattribwixxi lir-rikorrent punt wieħed ta' prijorità tad-Direttorat Ġenerali bħala parti mill-eżerċizzju ta' promozzjoni 2003, ikkomunikata fit-2 ta' Lulju 2003, u kkonfermata b'deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra nnotifikata fis-16 ta' Diċembru 2003;

-    tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tattribwixxi lir-rikorrent ebda punt ta' prijorità speċjali għall-attivitajiet supplimentari fl-interess tal-istituzzjoni bħala parti mill-eżerċizzju ta' promozzjoni 2003, innotifikata permezz tas-sistema Sysper 2, fis-16 ta' Diċembru 2003;

-    tad-deċiżjonijiet li ġejjin: id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tattribwixxi lir-rikorrent total ta' 20 punt bħala parti mill-eżerċizzju ta' promozzjoni 2003; il-lista ta' mertu tal-uffiċjali fil-grad A 5 bħala parti mill-eżerċizzju 2003, ippubblikata fl-Informations administratives Nru 69-2003, tat-13 ta' Novembru 2003; il-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad A 4 bħala parti mill-eżerċizzju 2003 u ppubblikata fl-Informations administratives Nru 73-2003, tas-27 ta' Novembru 2003; u, f'kull każ, id-deċiżjoni li l-isem tar-rikorrent ma jiġix inkluż fl-imsemmija listi;

-    safejn huwa neċessarju, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-15 ta' Ġunju 2004, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fit-12 ta' Frar 2004;

-    tad-deċiżjoni tal-11 ta' April 2007, innotifikata fis-16 ta' April 2007, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ddeċidiet li tagħti lir-rikorrent punt wieħed ta' prijorità supplimentari bħala parti mill-eżerċizzju ta' promozzjoni 2003, b'total ta' 2 punti ta' prijorità u b'numru totali ta' 21 punt;

u intiża sabiex jiġu ddikjarati ineżistenti d-deċiżjonijiet kollha meħuda matul l-eżerċizzju ta' promozzjoni 2003 ikkontestati fil-kuntest tar-rikors preżenti u mhux issostitwiti fl-2007, u b'mod partikolari l-lista ta' mertu tal-uffiċjali fil-grad A 5 bħala parti mill-eżerċizzju 2003, ippubblikata fl-Informations administratives Nru 69-2003, tat-13 ta' Novembru 2003, u l-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad A 4 bħala parti mill-eżerċizzju ta' promozzjoni 2003, ippubblikata fl-Informations administratives Nru 73-2003, tas-27 ta' Novembru 2003, kif ukoll talba għall-kumpens ta' EUR 5 000.

Dispożittiv

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiffissaw it-total tal-punti ta' promozzjoni tar-rikorrent għal 21 punt u li jiċħdu l-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista ta' uffiċjali promossi għall-grad A 4 bħala parti mill-eżerċizzju ta' promozzjoni 2003 huma annullati.

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 262, 23.10.2004.