Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Ottubru 2008 - TV 2/Denmark vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-309/04, T-317/04, T-329/04 u T-336/04)1

("Għajnuna mill-Istat - Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Daniżi fir-rigward tax-xandar pubbliku TV2 sabiex tiġi ffinanzjata l-missjoni ta' servizz pubbliku tiegħu - Miżuri kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Drittijiet tad-difiża - Servizz pubbliku tax-xandir - Definizzjoni u finanzjament - Riżorsi tal-Istat - Obbligu ta' motivazzjoni - Obbligu ta' eżami")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż u d-Daniż

Partijiet

Rikorrenti fil-kawża T-309/04: TV 2/Danmark A/S (Odense, id-Danimarka) (rappreżentanti: O. Koktvedgaard u M. Thorninger, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-kawża T-309/04: Union européenne de radio-télévision (UER) (Grand-Saconnex, l-Iżvizzera (rappreżentanti: A. Carnelutti, avukat)

Rikorrent fil-kawża T-317/04: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Molde, aġent, assistit minn P. Biering u K. Lundgaard Hansen, avukati)

Rikorrenti fil-kawża T-329/04: Viasat Broadcasting UK Ltd (West Drayton, Middlesex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Hjelmborg u M. Honoré, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-kawża T-329/04: SBS TV A/S, li qabel kienet TV Danmark A/S (Skovlunde, id-Danimarka); u SBS Danish Television Ltd, li qabel kienet Kanal 5 Denmark Ltd (Hounslow, Middlesex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Vandermeersch, K.-U. Karl u H. Peytz, avukati)

Rikorrenti fil-kawża T-336/04: SBS TV A/S u SBS Danish Television Ltd

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-kawża T-336/04: Viasat Broadcasting UK Ltd

Konvenuta fil-kawżi T-309/04, T-317/04, T-329/04 u T-336/04: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: fil-kawżi T-309/04, T-317/04, T-329-04, H. Støvlbæk u M. Niejahr, fil-kawża T-329/04, N. Kahn ukoll u, fil-kawża T-336/04, N. Kahn u M. Niejahr, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta fil-kawża T-309/04: SBS TV A/S; SBS Danish Television Ltd; u Viasat Broadcasting UK Ltd

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta fil-kawżi T-329/04 u T 336/04: Ir-Renju tad-Danimarka; TV 2/Danmark A/S; u Union européenne de radio-télévision (UER)

Suġġett

Fil-kawżi T-309/04 u T-317/04, talbiet għall-annullament, prinċipalment, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/217/KE, tad-19 ta' Mejju 2004, dwar il-miżuri meħuda mid-Danimarka favur TV2/Danmark (ĠU 2006, L 85, p. 1, rettifika ĠU 2006, L 368, p. 112), u, sussidjarjament, tal-Artikolu 2 ta' din id-deċiżjoni jew tal-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-artikolu u, fil-kawżi T-329/04 u T-336/04, talbiet għall-annullament ta' din l-istess deċiżjoni inkwantu hija tikkonstata l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat parzjalment kompatibbli mas-suq komuni.

Dispożittiv

1)    Il-kawżi T-309/04, T-317/04, T-329/04 u T-336/04 huma maqgħuda għall-finijiet tas-sentenza.

2)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/217/KE, tad-19 ta' Mejju 2004, dwar il-miżuri meħuda mid-Danimarka favur TV 2/Danmark, hija annullata.

3)    TV 2/Danmark A/S, ir-Renju tad-Danimarka u l-Kummissjoni għandhom, kull wieħed u waħda minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-kawżi T-309/04 R u T-317/04 R.

4)    Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha fil-kawżi T-309/04 u T-317/04, kif ukoll għal dawk ta' TV 2/Danmark A/S u tar-Renju tad-Danimarka f'dawn il-kawżi.

5)    L-Union européenne de radio-télévision (UER), SBS TV A/S, SBS Danish Television Ltd u Viasat Broadcasting UK Ltd għandhom, kull waħda minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-kawża T-309/04.

6)    SBS TV, SBS Danish Television u Viasat Broadcasting UK għandhom, kull waħda minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, sostnuti kemm bħala partijiet prinċipali kif ukoll bħala intervenjenti, fil-kawżi T-329/04 u T-336/04.

7)    Viasat Broadcasting UK għandha tbati parti minn għaxra tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni, minn TV 2/Danmark A/S, mir-Renju tad-Danimarka u mill-UER fil-kawża T-329/04.

8)    SBS TV u SBS Danish Television għandhom ibatu parti minn għaxra tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni, minn TV 2/Danmark A/S, mir-Renju tad-Danimarka u mill-UER fil-kawża T-336/04.

9)    Il-Kummissjoni, TV 2/Danmark A/S, ir-Renju tad-Danimarka u l-UER għandhom, kull wieħed u waħda minnhom, ibatu disa' partijiet minn għaxra tal-ispejjeż rispettivi tagħhom fil-kawżi T-329/04 u T-336/04.

____________

1 - ĠU C 262, 23.10.2004.