Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Marzu 2011 - Yordanov vs UASI - Distribuidora comercial del frio (DISCO DESIGNER)

(Kawża T-189/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Peter Yordanov (Rousse, il-Bulgarija) (rappreżentant: T. Walter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Distribuidora comercial del frio, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta' Jannar tal-2011 fil-Każ R 803/2010- 2;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Rikorrent.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "disco DESIGNER" għal prodotti fil-klassijiet 11, 19 u 20.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Distribuidora comercial del frio, SA.

Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "DISCO" għal prodotti fil-klassi 11.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 peress li ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni u l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra li l-prodotti inkwistjoni kienu identiċi.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).