Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Novembru 2012 - ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-132/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: F. Di Gianni, G. Coppo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal kumpens għad-danni morali subit mir-rikorrenti b'konsegwenza tal-qtil ta' membru tal-familja tagħhom, uffiċjal tal-Kummissjoni, u tal-mara tiegħu.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-26 ta' Lulju 2012, innotifikata fil-31 ta' Lulju 2012;

jikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas is-somma ta' EUR 463 050 favur kull wieħed mill-aventi kawża tal-uffiċjal maqtul, bħala kumpens għad-danni morali subiti minnhom;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma ta' EUR 308 700 favur l-ewwel rikorrent, bħala kumpens għad-danni morali subiti minnu;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma ta' EUR 308 700 favur it-tieni rikorrent, bħala kumpens għad-danni morali subiti minnu;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma ta' EUR 154 350 favur it-tielet rikorrent, bħala kumpens għad-danni morali subiti minnu;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tas-somma ta' EUR 154 350 favur ir-raba' rikorrent, bħala kumpens għad-danni morali subiti minnu;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas favur l-aventi kawża tal-uffiċjal maqtul, tas-somma ta' EUR 574 000 għad-danni morali subiti minnhom fis-sigħat ta' agunija tiegħu;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-interessi kumpensatorji u tal-interessi moratorji li akkumulaw minn dak iż-żmien;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________