Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fis-6 ta’ Lulju 2023 – Slagelse Almennyttige Boligselskab – Afdeling Schackenborgvænge, XM, ZQ, FZ, DL, WS, JI, PB, VT, YB, TJ u RK vs MV, EH, LI, AQ, LO u Social-, Bolig- og Ældreministeriet

(Kawża C-417/23, Slagelse Almennyttige Boligselskab – Afdeling Schackenborgvænge)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Slagelse Almennyttige Boligselskab – Afdeling Schackenborgvænge, XM, ZQ, FZ, DL, WS, JI, PB, VT, YB, TJ u RK

Konvenuti: MV, EH, LI, AQ, LO u Social-, Bolig- og Ældreministeriet

Domandi preliminari

Il-kunċetti ta’ “etniċità” jew “oriġini etnika partikolari” li jinsabu fl-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawżi preżenti – li fihom il-liġi dwar l-akkomodazzjoni soċjali tipprevedi tnaqqis fin-numru ta’ akkomodazzjonijiet soċjali għall-familji fiż-żoni msejjħa żoni ta’ trasformazzjoni, u fejn kundizzjoni sabiex żona tiġi kklassifikata bħala tali hija li żona ta’ abitazzjoni għandu jkollha iktar minn 50 % ta’ “immigranti minn pajjiżi mhux tal-Punent u d-dixxendenti tagħhom” –, jinkludu grupp ta’ persuni ddefiniti bħala “immigranti minn pajjiżi mhux tal-Punent u d-dixxendenti tagħhom”?

Jekk għall-ewwel domanda tingħata risposta, totali jew parzjali, fl-affermattiv, l-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2000/43/CE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-iskema deskritta fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta jew indiretta?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23.