Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' April 2012 - Roland vs UASI - Textiles Well (wellness inspired by nature)

(Kawża T-191/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Roland SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Rauscher u C. Onken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Textiles Well SA (Le Vigan, Franza)

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta' Frar 2012, fil-Każ R 2552/2010-1;

tiċħad l-Oppożizzjoni Nru 1299967; u

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u l-parti l-oħra għall-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark internazzjonali figurattiva "wellness inspired by nature" għal prodotti fi klassi 25 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru W00924808

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra għall-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "WELL" irreġistrata bħala trade mark Komunitarja taħt in-Numru 527630 għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark verbali "WELLNESS" irreġistrata fi Franza taħt in-Numru 99804486 għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u l-protezzjoni tat-trade mark internazzjonali għall-prodotti kollha kkontestati rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________