Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' April 2012 - Advance Magazine Publishers vs UASI - Bauer Consumer Media (GOLF WORLD)

(Kawża T-194/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Hacon, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Bauer Consumer Media Ltd (Peterborough, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta' Frar 2012, fil-Każ R 239/2011-1;

tiċħad l-applikazzjoni inkwistjoni għall-prodotti u s-servizzi kollha msemmija fil-pubblikazzjoni tagħha għall-finijiet ta' oppożizzjoni;

sussidjarjament, tqis il-provi tal-użu ġenwin bħala suffiċjenti u tirrinvija l-oppożizzjoni quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni sabiex din tiddeċiedi dwar il-kwistjoni tal-kunflitt bejn it-trade marks inkwistjoni; u

talloka lill-parti li qed topponi l-ammont tal-ispejjeż tagħha fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni, fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u fil-proċeduri ta' dan ir-rikors, u tirrimborsa d-drittijiet kollha tar-rikors

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mak figurattiva "GOLF WORLD", għal prdodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38 u 41 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7070147

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali tal-Benelux "GOLF WORLD" irreġistrata bin-Nru 465586 għal prodotti fil-klassi 16; it-trade mark verbali Daniża "GOLF WORLD" irreġistrata bin-Nru 541/1991 għal prodotti fil-klassi 16; it-trade mark verbali Franċiża "GOLF WORLD" irreġistrata bin-Nru 1551025 għal prodotti fil-klassi 16; it-trade mark verbali Griega "GOLF WORLD" irreġistrata bin-Nru 96430 għal prodotti fil-klassi 16; it-trade mark verbali Taljana "GOLF WORLD" irreġistrata bin-Nru 575282 għal prodotti fil-klassi 16; it-trade mark verbali Spanjola "GOLF WORLD" irreġistrata bin-Nru 1308477 għal prodotti fil-klassi 16; it-trade mark verbali Svediża "GOLF WORLD" irreġistrata bin-Nru 229611 għal prodotti fil-klassi 16; it-trade mark verbali Portugiża "GOLF WORLD" irreġistrata bin-Nru 259281 għal prodotti fil-klassi 16; it-trade mark verbali Irlandiża "GOLF WORLD" irreġistrata bin-Nru 113474 għal prodotti fil-klassi 16.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________