Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2013 – Roland vs UASI– Textiles Well (wellness inspired by nature)

(Kawża T-191/12)1

(“Trade mark Komunitarja – Oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Roland SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Rauscher u C. Onken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Textiles Well (Le Vigan, Franza) (rappreżentanti: E. Cornu u É. De Gryse, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Frar 2012 (Każ R 2552/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Textiles Well SA u Roland SE, li kienet Roland-Schuhe GmbH & Co. Handels KG.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, għal nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.

____________

1     ĠU C 209, 14.07.2012.