Language of document : ECLI:EU:T:2014:152





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Marzu 2014 – PAN Europe vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑192/12)

“Rikors għal annullament – Ambjent – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1143/2011 li japprova s-sustanza attiva prokloraż – Talba għal eżami intern mill-ġdid – Rifjut – Rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfatti minn organizzazzjoni sabiex tkun tista’ tressaq talba għal eżami intern mill-ġdid – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb sentenza dikjaratorja – Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 14, 15)

2.                     Ambjent – Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1143/2011 li japprova s-sustanza attiva prokloraż – Talba għal eżami intern mill-ġdid skont ir-Regolament Nru 1367/2006 – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Tul tal-eżistenza tal-organizzazzjoni mhux governattiva rikorrenti ta’ iktar minn sentejn – Oneru tal-prova jaqa’ fuq l-organizzazzjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1367/2006, Artikoli 10 u 11(1)(c)) (ara l-punti 19, 21)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċizjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Marzu 2012 li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrenti intiża sabiex teżamina mill-ġdid ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1143/2011, tal-10 ta’ Novembru 2011, li japprova s-sustanza attiva prokloraż skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 kif ukoll l-anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 293, p. 26).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.