Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2015 – Tomana et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-190/12) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe – Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ transitu fit-territorju tal-Unjoni – Iffriżar ta’ fondi – Bażi legali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Drittijiet fundamentali – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Johannes Tomana (Ħarare, iż-Żimbabwe) u l-120 rikorrent l-ieħor li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment minn D. Vaughan, QC, M. Lester, R. Lööf, barristers, u M. O’Kane, solicitor, sussegwentement minn D. Vaughan, M. Lester u R. Lööf)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, M. Veiga u A. Vitro, aġenti); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, T. Scharf u E. Georgieva, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson, C. Murrell u M. Holt, aġenti, assistiti minn S. Lee, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/97/PESK, tas-17 ta’ Frar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 47, p.  50), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2012, tal-21 ta’ Frar 2012, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 49, p. 2), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/124/PESK, tas-27 ta’ Frar 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 54, p. 20), sa fejn jirreferu għar-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Johannes Tomana u l-120 rikorrent l-ieħor li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea.Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbatu l-ispejjeż rispettivi tiegħu.