Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2011 - Boehringer Ingelheim International vs UASI (RELY-ABLE)

(Kawża T-640/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boehringer Ingelheim International GmbH (Ingelheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck u C. Steudtner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Settembru 2011 fil-Każ R 756/2011-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "RELY-ABLE" għal servizzi fil-klassijiet 38, 41 u 42 - Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 1044333.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal protezzjoni tat-trade mark fl-Unjoni Ewropea għas-servizzi kollha mitluba miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta kkonstata li s-sinjal li għalih saret l-applikazzjoni "ma huwiex partikolarment fantasjuż jew arbitrarju" u li jikkonsisti f' "ortografija żbaljata tal-kelma reliable" bir-riżultat li jista' jiġi pperċepit bħala akklamatorju. Huwa wettaq żball ukoll meta ddeduċa li l-iżbalji fl-ortografija huma "karatteristika frekwenti ta' messaġġi promozzjonali" u li din kienet rilevanti għall-każ ineżami.

____________