Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2013 – ZZ vs Iil-Parlament

(Kawża F-48/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

L-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-proċedura ta’ evalwazzjoni 2011.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-proċedura ta’ evalwazzjoni 2011, hekk kif iffinalizzat u emendat bid-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tat-18 ta’ Lulju 2012 u tad-29 ta’ Jannar 2013;

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-29 ta’ Jannar 2013, li tiċħad l-ilment imressaq taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.