Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2024 – Biif vs EUIPO – Eddies Pizza (Caprizza)
(Kawża T-187/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Biif Srl (Bergamo, l-Italja) (rappreżentant: F. Musella, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eddies Pizza, SL (Palafrugell, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni tat-trade mark figurattiva Caprizza – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 434 530
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 1077/2023-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tiċħad l-oppożizzjoni Nru. 003151820 fl-intier tagħha;
sussidjarjament, tirrinvija l-każ lill-Ewwel Bord tal-Appell EUIPO għar-reviżjoni;
tikkundanna lill-konvenut u l-parti l-oħra għall-proċedimenti għall-ispejjeż taż-żewġ proċeduri.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________