Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-117/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz u D. Verbeke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Marzu u tal-20 ta’ Mejju 2014 li jistabilixxu l-kalkolu tat-trasferiment tad-drittijiet tiegħu fil-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tiegħu mal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.