Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2011 - Mariën vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-5/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Peter Mariën (Elsene, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Theeuwes u F. Pons, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fl-Afganistan li ordnat lill-membri ta' din id-delegazzjoni sabiex jitilqu mil-lukanda tagħhom u jmorru joqogħdu fil-bini residenzjali tal-UE.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni inkluża fl-email tal-11 ta' Jannar 2011 tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE u Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fl-Afganistan li tordna lir-rikkorrent sabiex fl-14 ta' Jannar 2011 imur joqgħod fil-bini residenzjali f'Kabul, l-Afganistan;

jordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha marbuta mal-miżuri ta' residenza temporanja;

jordna lill-Kummissjoni tħallas kumpens ta' EUR 10 000 lir-rikorrent għall-istress psikoloġiku u dannu kkawżat;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________