Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta' Diċembru 2009 - Cafea vs UASI - Christian (BEST FARM)

(Kawża T-53/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Cafea GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Schumann u M. Hartmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: C. Jenewein, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Dieter Christian (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta' Novembru 2008 (Każ R 420/2008-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Cafea GmbH u Dieter Christian.

Dispożittiv

M'hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Cafea GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).

____________

1 - ĠU C 90, 18.4.2009.