Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-24 ta' April 2009 - Nycomed Danmark vs EMEA

(Kawża T-52/09 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali - Aġent ta' immaġni ta' echocardiographic ultrasound għall-finijiet ta' dijanjosi (perflubutane) - Rifjut tal-EMEA sabiex tagħti deroga mill-obbligu li jiġi sottomess pjan ta' investigazzjoni pedjatrika - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' urġenza" )

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nycomed Danmark ApS (Roskilde, id-Danimarka) (rappreżentanti: C. Schoonderbeek u H. Speyart van Woerden, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) (rappreżentanti: V. Salvatore u N. Rampal Olmedo, aġenti)

Suġġett

Talba intiża, minn naħa waħda, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-EMEA tat-28 ta' Novembru 2008 li ċaħdet it-talba għal deroga speċifika fir-rigward tal-perflubutane u, min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________