Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-2/07) 1

“Fondi ta’ koeżjoni – Regolament (KE) Nru 1164/94 – Proġetti li jikkonċernaw it-trattament sanitarju tal-baċir idrografiku ta’ Júcar (Spanja) – Kanċellazzjoni parzjali tal-għajnuna finanzjarja – Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet – Kriterji ta’ għoti – Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament – Ugwaljanza fit-trattament – Trasparenza – Eliġibbiltà tal-ispejjeż – Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji – Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 – Proporzjonalità”

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment J. M. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement A. Rubio González, abogados del Estado)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Steiblytė u L. Escobar Guerrero, aġenti, assistiti minn M. Canal Fontcuberta, avukat, sussegwentement A. Steiblytė u S. Pardo Quintillán, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5102, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija skont il-Fondi ta’ koeżjoni lill-grupp ta’ proġetti bir-referenza 2001.ES.16..PE.050 u li tikkonċerna t-tindif tal-baċir idrografiku ta’ Júcar (Spanja).Dis

pożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.