Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-3/07) 1

[“Fond ta’ Koeżjoni – Regolament (KE) Nru 1164/94 – Proġetti ta’ infrastruttura ambjentali implementati fit-territorju ta’ Andalucía (Spanja) – Tneħħija parzjali tal-għajnuna finanzjarja – Kuntratti pubbliċi għal servizzi u għal xogħlijiet – Kriterji ta’ għoti – Reklamar – Eliġibbiltà tal-infiq – Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji – Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 – Proporzjonalità”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn J. M. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement minn A. Rubio González, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Steiblytė u L. Escobar Guerrero, aġenti, assistiti minn M. Canal Fontcuberta, avukat, sussegwentement minn A. Steiblytė u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5103, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija abbażi tal-Fond ta’ koeżjoni għal ħames proġetti ta’ infrastruttura ambjentali implementati fit-territorju tal-Komunità Awtonoma ta’ Andalucía (Spanja).DispożittivL-Artikoli 2 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5103, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija abbażi tal-Fond ta’ koeżjoni għal ħames proġetti ta’ infrastruttura ambjentali implementati fit-territorju tal-Komunità Awtonoma ta’ Andalucía (Spanja), huma annullati sa fejn dawn jinkludu ammont ta’ EUR 476 460 bħala korrezzjonijiet finanzjarji li jikkonċernaw il-proġetti bin-numri ta’ referenza 2000.ES.16.C.PE.004, 2000.ES.16.C.PE.025, 2000.ES.16.C.PE.066 u 2000.ES.16.C.PE.0138.Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.Ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.