Language of document : ECLI:EU:T:2013:458





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 —
Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑2/07)

“Fond ta’ Koeżjoni — Regolament (KE) Nru 1164/94 — Proġetti li jikkonċernaw it-trattament sanitarju tal-baċir idrografiku ta’ Júcar (Spanja) — Kanċellazzjoni parzjali tal-għajnuna finanzjarja — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Kriterji ta’ għoti — Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Ugwaljanza fit-trattament — Trasparenza — Eliġibbiltà tal-ispejjeż — Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji — Artikolu H(2) tal-Anness II tar-RegolamentNru 1164/94 — Proporzjonalità”

1.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Għoti ta’ kuntratti — Kriterji ta’ selezzjoni kwalitattiva ta’ kandidati meħuda inkunsiderazzjoni bħala kriterji ta’ għoti — Inammissibbiltà (Direttiva tal-Kunsill 93/37, Artikoli 26, 27 u 30(1)) (ara l-punti 51-53)

2.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja minħabba irregolaritajiet — Inapplikabbiltà b’analoġija tal-ġurisprudenza dwar ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 20; Regolament tal-Kunsill Nru 1164/94, Artikolu 8(1), u Anness II, Artikolu H(1) u (2)) (ara l-punti 58-64)

3.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti — Obbligu ta’ trasparenza — Portata (Direttiva tal-Kunsill 93/37, Artikolu 22(4), ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 30(4), u l-Artikolu 31(1)) (ara l-punti 71-73)

4.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Għoti ta’ kuntratti — Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Kriterji ta’ għoti — Osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza — Speċifikazzjoni sussegwenti mill-awtorità kontraenti ta’ kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt li ġie nnotifikat preċedentement lill-offerenti — Kundizzjonijiet — Applikazzjoni tal-metodu tal-prezz medju — Inammissibbiltà (Direttiva tal-Kunsill 93/37, Artikolu 30(2)) (ara l-punti 76-80)

5.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Għoti ta’ kuntratti — Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Kunċett (Direttiva tal-Kunsill 93/37, Artikolu 30(1)(b)) (ara l-punti 82, 83)

6.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet (ara l-punt 96)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Regoli ta’ kondotta amministrattiva ta’ portata ġenerali — Att intiż li jipproduċi effetti esterni — Awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjoni li tadotta l-att — Obbligu li jiġu osservati l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u taċ-ċertezza legali kif ukoll ir-regoli superjuri tad-dritt tal-Unjoni (ara l-punt 101)

8.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja minħabba irregolaritajiet — Osservanza tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ konformità (Artikolu 5 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1164/94, Artikoli 8(1), u 12(1), u Anness II, Artikolu H(2) u (3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1386/2002, Artikolu 17(1) u (2)) (ara l-punti 111, 112, 114)

9.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Direttiva 93/37 — Għoti ta’ kuntratti — Applikazzjoni ta’ kriterji ta’ għoti biss għall-varjazzjonijiet li ttieħdu validament inkunsiderazzjoni mill-awtorità kontraenti (Direttiva tal-Kunsill 93/37, Artikoli 19 u 30) (ara l-punt 122)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5102, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija skont il-Fondi ta’ koeżjoni lill-grupp ta’ proġetti bir-referenza 2001.ES.16.C.PE.050 u li tikkonċerna t-tindif tal-baċir idrografiku ta’ Júcar (Spanja).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.