Language of document : ECLI:EU:T:2014:1016

Kawża T‑661/11

Ir-Repubblika Taljana

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Prodotti mill-ħalib — Dħul assenjat — Kontrolli prinċipali — Tardività — Korrezzjoni finanzjarja fissa — Bażi legali — Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1605/2002 — Rikorrenza”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2014

1.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rekwiżiti analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv — Ilmenti mhux ippreżentati fir-rikors — Riferiment għall-annessi kollha — Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c))

2.      Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Ħalib u prodotti mill-ħalib — Imposta addizzjonali fuq il-ħalib — Kontrolli mill-Istati Membri — Termini tal-kontrolli — Terminu mandatorju — Tlestija tal-kontroll

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 595/2004)

3.      Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà ta’ nfiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Irregolaritajiet dwar dħul assenjat — Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa stabbilita mill-Kummissjoni konformement mal-linji gwida interni adottati fil-qasam — Kontrolli li ma jagħtux il-livell mistenni ta’ regolarità tat-talbiet — Ammissibbiltà tal-applikazzjoni ta’ rata fissa ta’ 5 jew 10 % fil-każ li jsiru kontrolli fuq il-post barra mit-termini mogħtija fis-settur tal-prodotti tal-ħalib

(Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 53(5))

4.      Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta' motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Motiv ibbażat fuq elementi rrilevati fil-mori tal-kawża

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2))

5.      Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Ħalib u prodotti mill-ħalib — Dħul assenjat — Imposta addizzjonali fuq il-ħalib — Kontroll tal-modalitajiet ta’ rkurpu mill-Kummissjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 53(5))

6.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG

(Artikolu 296 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 50, 60)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 64, 65, 135)

3.      Meta l-Kummissjoni ma tkunx iktar f’pożizzjoni li tikkwantifika b’mod oġġettiv il-kwantitajiet ta’ ħalib prodott u, għaldaqstant, li tevalwa b’mod preċiż it-telf sostnut mill-Fond, hija jkollha bażi tajba, b’mod konformi mal-linji gwida adottati, sabiex tirrikorri għal korrezzjoni finanzjarja fissa fir-rigward tal-irregolaritajiet li jirrigwardaw l-irkupru tat-taxxa miżjuda, jiġifieri dħul assenjat. Fil-fatt, minn naħa, l-irregolaritajiet li jirrigwardaw ir-realizzazzjoni tal-kontrolli fuq il-post barra mit-termini mogħtija jaffettwaw il-kontrolli prinċipali Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kategorija tal-kontrolli affettwata, il-Kummissjoni tkun korretta, skont il-linji gwida, meta tapplika rata ta’ korrezzjoni finanzjarja fissa ta’ 5 jew 10 %.

(ara l-punti 67, 68, 108)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 89)

5.      It-taxxa miżjuda titqies li tagħmel parti mill-interventi li jaqgħu taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u għandha tkun applikata biex tiffinanzja n-nefqa fis-settur tal-ħalib li hija s-suġġett ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq li taqa’ taħt il-politika agrikola komuni. Fil-fatt, min-natura tat-taxxa miżjuda jirriżulta li din tikkostitwixxi dħul assenjat għall-finanzjament tal-infiq fis-settur tal-ħalib. Issa, l-Istati Membri għandhom l-oneru li jiġbru tali dħul għan-nom tat-Taqsima “Garanzija” tal-FAEGG, taħt il-kontroll tal-Kummissjoni, b’mod li din tal-aħħar tkun tista’ tassumi r-responsabbiltà finali tagħha fl-implementazzjoni tal-baġit. Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni għandha bażi legali sabiex tikkontrolla l-modalitajiet ta’ rkupru tat-taxxa miżjuda u tapplika korrezzjonijiet finanzjarji fil-każ ta’ irregolaritajiet.

(ara l-punti 101, 103, 104, 118)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 145, 146)