Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ottubru 2010 - Département du Gers vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-479/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Département du Gers (Auch, Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2010/420/UE, tat-28 ta' Lulju 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON89034xNK603 (MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma identiċi jew essenzjalment simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-478/10, Département du Gers vs Il-Kummissjoni.
____________