Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2015 – Grundig Multimedia vs UASI (Pianissimo)

(Kawża T-11/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Pianissimo – Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ugwaljanza fit-trattament”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grundig Multimedia AG (Stansstad, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Walter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Bonne u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Novembru 2013 (Każ R 441/2013-4), li tikkonferma ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Pianissimo bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Grundig Multimedia AG hija kkundannata għall-ispejjeż.