Language of document : ECLI:EU:T:2012:113





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 —
Arrieta D. Gross vs UASI —
International Biocentric Foundation et (BIODANZA)

(Kawża T-298/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIODANZA — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BIODANZA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Mewt tal-applikant għat-trade mark qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ Appell — Ammissibbiltà tar-risposta — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 — Proċedimenti quddiem il-Bord ta’ Appell — Drittijiet tad-difiża — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Trade mark Komunitarja bħala oġġett ta’ proprjetà — Xebh tat-trade mark Komunitarja mat-trade mark nazzjonali — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja bħala oġġett ta’ proprjetà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 16(1) u 24) (ara l-punti 36, 37)

2.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet tat-terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2)) (ara l-punti 54, 55)

3.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet tat-terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Determinazzjoni tal-livell kwantitattiv ta’ użu minimu — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2)) (ara l-punti 56, 57)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ Appell tal-UASI, tat-13 ta’ April 2010 (Każ R 1149/2009‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Christina Arrieta D. Gross u Rolando Mario Toro Araneda.

Dispożittiv

1)

L-International Biocentric Foundation Ltd, Gabriela Cedilia Toro Acuña u Hilda Pilar Toro Acuña, Rolando Patricio Toro Acuña, Maria Verónica Toro Acuña, Ricardo Marcela Toro Durán u German Toro Gonzalez, Claudia Danae Toro Sanchez, Rodrigo Paulo Toro Sanchez, Mariela Paula Toro Sanchez, Viviana Luz Toro Matuk, Morgana Fonteles Toro, Anna Laura Toro Sant’ana, Joana Castoldi Toro Araneda u Claudete Sant’ana huma ammessi jintervjenu quddiem il-Qorti Ġenerali.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Christina Arrieta D. Gross hija kkundannata għall-ispejjeż.