Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 – Mészáros vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-22/13) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni – Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 – Kandidat li għadda minn kompetizzjoni inkluż fil-lista ta’ riżerva – Verifika mill-Awtorità tal-Ħatra tal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni fi grad AD 7 – Esperjenza professjonali ta’ terminu inferjuri għat-terminu minimu meħtieġ – Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-bord tal-għażla – Revoka tal-offerta għal impjieg mill-Awtorità tal-Ħatra – Kompetenza marbuta mal-Awtorità tal-Ħatra)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mátyás Támas Mészáros (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: M. Pecyna, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)Suġġett tal-kawżaTalba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għar-reklutaġġ tar-rikorrent ippreżentata mill-ESTAT u li ma tikkunsidrax lir-rikorrent eliġibbli għall-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11.Dispożittiv tad-digrietIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn M. T. Mészáros.