Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2024 – Häcker Küchen vs EUIPO – Moura & Moura (MH Cuisines)
(Kawża T-42/23) 1
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MH Cuisines – Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva preċedenti MM CUISINES – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Häcker Küchen GmbH & Co. KG (Rödinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Dehn, L. Maritzen, C. Krafft u K. Blükle, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bosse u T. Klee, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Moura & Moura & Moura Fabricação e Comercialização de Mobiliário Lda (Sanfins de Ferreira, il-Portugall)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Novembru 2022 (Każ R 1078/2022-1).
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Novembru 2022 (Każ R 1078/2022-1)) hija annullata.
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
____________
1 ĠU C 104, 20.3.2023.